HANNAH - Festa
HTML-код
- Опубликовано: 13 апр 2025
- Kanzunetta Finalista ta' Mużika Mużika 2025
Kompożituri: Bettina Muchmore u Philippa Naudi
Awturi: Bettina Muchmore, Philippa Naudi u Lara Agius
Diretturi Artistiċi: Luke Azzopardi u Steven Levi Vella
Direzzjoni Viżiva: Clive Brincat
Disinjatur Grafiku: Mike Zerafa
Disinjatur tax-Xenografija: Philip Sultana
Ilbies: Luke Azzopardi Studio
Xagħar: Lune Noire
Irtokk: Gabrielle Grungo
Extras: Mark Sacco, Joseph Mifsud, Zack Theuma, Lucas Portelli, Charlon Curmi, Brian Portelli, Robert Bajada, Matthew Sultana, Sebastian Portelli, Paul Psaila, Kristen Grima
Ħajr:
Teatru Tal-Opra Aurora
Doris Bugeja
_______________________
Lirika:
Il-festa tagħna
il-festa tagħna
Konna għadna tfal l-ewwel darba li rajtek
u int tbissimtli u qalbi fdajtlek
bejn il-karti kkuluriti jiżfnu ż-żiffa t’Awwissu
s-sema mitt kulur u n-nies jaqbżu fil-briju
Id-daqqa tat-tambur
iżżomm pass pass mat-taħbita ta’ qalbi
ħsibt li xi ħadd kien fl-aħħar sema’ talbi
Pruvajt nersaq lejk imma friżajt
dak il-ġisem isbaħ minn kull vara oħra li qatt rajt
minn dejjem kont naf
li kont nagħmel kollox għalik
Imissni rajt is-sinjali
li dawk il-wegħdiet kollha kienu banali
kliemek minn dejjem kien letali
‘qas ħaqq il-ħela ta’ ħin niġġebbed fil-petali
Niġri niġri nitla’ l-ġostra, lilek qatt ma nilħqek
qisek xi murtal fis-sema, nilmħek u nitilfek
inħarsu nħarsu lejn xulxin bandisti għaddejjin
daqshekk għaddejna ħin
fil-festa tagħna
Il-festa tagħna
il-festa tagħna
B’riħa ta’ birra u għaraq ilmaħtek
x’int b’saħħtek
tfajla oħra tidħak fuq spalltek
tiżfen, tixrob u tgħid
Nixtieq ngħidlek li aħjar qatt ma ltqajna
li Alla ħares jkun hemm xi ħadd warajja
għalik jiena qatt ma kont biżżejjed
għax kull żball li għamilt, għalik dnub mejjet
Niġri niġri nitla’ l-ġostra, lilek qatt ma nilħqek
qisek xi murtal fis-sema, nilmħek u nitilfek
inħarsu nħarsu lejn xulxin bandisti għaddejjin
daqshekk għaddejna ħin
fil-festa tagħna
Il-festa tagħna
il-festa tagħna
Dan mhux post il-biki nerġa’ ngħid lili nnifsi
taħt sema kuluri imma jien wiċċ id-duluri
Niġri niġri nitla’ l-ġostra, lilek qatt ma nilħqek
qisek xi murtal fis-sema, nilmħek u nitilfek
Il-vara ħarġet u reġgħet dieħla
imma issa hemm ser tibqa'
daqshekk għaddejna ħin…
Il-vara ħarġet u reġgħet dieħla
imma did-darba hemm ser tibqa’
għal dejjem ta’ dejjem
Ammen.
❤ brava wisq!
your presence on stage and immersion with the song is iconic
Eċċezzjonali f'kull sens. Nispera li nisimgħu iktar minn għandek.
Well done X talent
Xi ġmiel ta' kanzunetta, ma nistax nieqaf nismagħha. U l-atmosfera li l-vidjow ħoloq huwa sabiħ wisq!!! Brava